51
– MT –
Istruzzjonijiet għall-assemblaġġ
ATTENZJONI! Aħdem f' ambjent ħieles minn perikli. Eżempju, tħalli lebda għ-
odda tiġri. Iddisponi per eżempju mill-ipakkjar b'tali mod li ma jikkawża lebda
periklu. Il-folji/boroż tal-plastik jistgħu jifggħu lit-tfal!
■ Iżgura li t-tfal ma jilagħbux bil-vettura qabel ma l-assemblaġġ ikun ġie mwet-
taq u kontrollat b'mod xieraq minn persuna adulta.
■ L-immuntar għandu jitwettaq bir-reqqa minn persuna adulta. Aqra sew dawn l-
istruzzjonijiet għall-assemblaġġ qabel ma tibda twettaq ix-xogħol. Is-sekwenza
ta' l-assemblaġġ tidher f' kull figura bħala forma ta' ittri ta' l-alfabet. Żomm sew
mal-passi ta' l-assemblaġġ, sabiex tiżgura użu u funzjoni bla periklu.
■ Żomm f' moħħok li ma' kull użu ta' għodda u waqt kull xogħol manwali jeżisti
periklu potenzjali ta' korriment. Għalhekk oqgħod attent u kun prudenti meta
twettaq l-assemblaġġ tal-prodott!
■ Jekk jogħġbok qabbad il-partijiet mingħajr ma tissikka l-viti u kkontrolla li jkunu
ġew impoġġija kif suppost. Dawwar il-locknuts għall-ewwel b-idejk sakemm
tinħass reżistenza u wara dan uża spanner biex tissikka sew kontra r-reżistenza
(lokk tas-sigurtà). Wara dan il-pass ta' l-assemblaġġ ikkontrolla li kull vit/bolt
ikun ġie ssikkat sew. Attenzjoni: Il-locknuts ma jibqgħux tajbin jekk terġa' tħ-
ollhom (jinkiser il-lokk tas-sigurtà), u b'hekk għandek tbiddilhom ma oħrajn
ġodda.
■ L-assemblaġġ tal-grips tal-plastik: Sabiex tħeffef l-assemblaġġ tal-grips fuq
il-manubriju, saħħanhom qabel fi ftit ilma sħun.
■ Għal raġunijiet tekniċi, nirriżervaw id-dritt li nassemblaw xi komponenti minn
qabel (eż. plaggs tal-pajpijiet).
■ Iġġorr xejn fuq din il-vettura.
■ Għat-tindif u l-kura tal-ġugarell uża biss prodotti ħfief u mhux kawstiċi li jir-
rispettaw l-ambjent.
■ Illubrika l-ball bearings ta' l-istering u tar-roti kull trimestru bi ftit qtar żejt.
■ Għall-prodotti b' tyres pnewmatiċi: Meta tħalli ġugarelli b' tyres pnewmatiċi fuq
art komposta minn materjal li jkun fih jew ikun ġie mwaħħal b' xi solvent (eż.
PVC), jeżisti r-riskju ta' tbajja minħabba r-reazzjoni kimika li tista' tinħoloq mal-
prodott tal-lastiku naturali. F' każ ta' dubju poġġi xi materjal ta' protezzjoni
taħt ir-roti. Ħu ħsieb li l-pressjoni tat-tajer tkun korretta (1.7 bar/24 PSI); jekk
il pressjoni tkun baxxa wisq jiżdied ix-xedd u kedd, u jagħmel is-sewqan dif-
fiċli!
Manutenzjoni – servizz – Partijiet ta' rikambju
■ Il-preżenza ta' komponenti difettużi tista' tipperikola s-sigurtà tiegħek u tik-
komprometti l-ħajja tal-prodott. Għalhekk, ibdel kull komponent difettuż/mit-